Fes
belt fil-Marokk / From Wikipedia, the free encyclopedia
Fes jew Fez (bl-Għarbi: فاس [Fās], bil-Franċiż: Fès), hija l-belt kapitali kulturali tal-Marokk u r-raba' l-ikbar belt fil-pajjiż wara Casablanca, Rabat u Marrakesh. Skont iċ-ċensiment tal-2004, il-popolazzjoni tlaħħaq id-946,815-il ruħ. Hija wkoll il-kapitali tar-reġjun Fès-Boulemane.[1]
Fes | ||
---|---|---|
Marokk | ||
| ||
Amministrazzjoni | ||
Constitutional monarchy | Marokk | |
Region of Morocco | Fès-Meknès | |
Prefecture of Morocco | Prefettura ta' Fes | |
Kap tal-Gvern | Idriss Azami Al Idrissi (en) | |
Isem uffiċjali | فاس | |
Ismijiet oriġinali |
فـاس Fès | |
Kodiċi postali |
30000–30206 | |
Ġeografija | ||
Koordinati | 34.0433°N 5.0033°W / 34.0433; -5.0033 | |
Superfiċjenti | 320±1 kilometru kwadru | |
Għoli | 410 m | |
Demografija | ||
Popolazzjoni | 1,112,072 abitanti (2014) | |
Unitajiet domestiċi | 17,342 | |
Informazzjoni oħra | ||
Fondazzjoni | 789 | |
Kodiċi tat-telefon |
05356 | |
Żona tal-Ħin | UTC±0 | |
bliet ġemellati | Firenze, Montpellier, Krakovja, Bobo-Dioulasso, Lahore, Coimbra, Lvant ta' Ġerusalemm, Barċellona, Cartagena de Indias, Córdoba, Djenné, Kairouan, Nablus, Ngaparou, Rufisque, Saint-Étienne, Saint-Louis, Strasburgu, Suwon, Reġjun ta' Trarza, Chengduu Tlemcen | |
portaildefes.ma |
Fes hija waħda mill-erbat ibliet imperjali flimkien ma' Meknès, Marrakesh u Rabat. Il-belt hija separata fi tliet partijiet, Fes el Bali (il-belt l-antika jew iċ-ċentru storiku), Fes-Jdid (Fes il-Ġdida, fejn hemm il-Mellaħ), u l-Ville Nouvelle (l-iġded biċċa ta' Fes, mibnija mill-Franċiżi). Il-Medina ta' Fes el Bali, l-ikbar waħda miż-żewġ medini ta' Fes, hija probabilment l-ikbar żona urbana mingħajr karozzi.[2][3][4] Il-Medina ta' Fes titqies bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[5] L-Università ta' Al-Karaouine ġiet stabbilita fit-895 W.K. u hija l-eqdem università attiva fid-dinja.