Rabat (Marokk)
belt kapitali tal-Marokk / From Wikipedia, the free encyclopedia
Ir-Rabat (/rəˈbɑːt/; bl-Għarbi: الرِّبَاط, b'ittri Rumani: er-Ribât; bil-lingwi Berberi: ⵕⵕⴱⴰⵟ, b'ittri Rumani: ṛṛbaṭ) hu l-belt kapitali tal-Marokk u s-seba' l-ikbar belt fil-pajjiż b'popolazzjoni urbana ta' madwar 580,000 (skont iċ-ċensiment tal-2014) u b'popolazzjoni metropolitana ta' iktar minn 1.2 miljun ruħ. Hija wkoll il-belt kapitali tar-reġjun amministrattiv ta' ir-Rabat-Salé-Kénitra.[1] Ir-Rabat jinsab mal-Oċean Atlantiku fil-bokka tax-xmara Bou Regreg, fuq in-naħa opposta ta' Salé, ir-raħal prinċipali qrib il-belt.
Rabat (Marokk) | ||
---|---|---|
Marokk | ||
| ||
Amministrazzjoni | ||
Constitutional monarchy | Marokk | |
Region of Morocco | Rabat-Salé-Kénitra | |
Prefecture of Morocco | Prefettura ta' Rabat | |
Kap tal-Gvern | Fatiha El Moudni (en) | |
Isem uffiċjali | الرباط | |
Ismijiet oriġinali | رباط | |
Kodiċi postali |
10000–10220 | |
Ġeografija | ||
Koordinati | 34.0253°N 6.8361°W / 34.0253; -6.8361 | |
Superfiċjenti | 118±1 kilometru kwadru | |
Għoli | 135 m | |
Demografija | ||
Popolazzjoni | 572,717 abitanti (2014) | |
Informazzjoni oħra | ||
Fondazzjoni | 1146 | |
Kodiċi tat-telefon |
537 | |
bliet ġemellati | Betlem, Bursa, Liżbona, Madrid, Sivilja, Tuneż, Istanbul, Ateni, Bagdad, Damasku, Las Palmas de Gran Canaria, Santo Domingo, Kontea ta' Honolulu, Amman, Nablus, Kajr, Muniċipalità ta' Stokkolmau Honolulu | |
rabat.ma |
Ir-Rabat ġie stabbilit fis-seklu 12 mill-Almoħadin. Il-belt għall-ewwel kibret iżda daħlet f'perjodu estiż ta' deklin wara l-waqgħa tal-Almoħadin. Fis-seklu 17, ir-Rabat sar post imkenni għall-pirati tal-Barbarija. Meta l-Franċiżi stabbilew protettorat fil-Marokk fl-1912, huma għamlu r-Rabat bħala ċ-ċentru amministrattiv tiegħu. Meta l-Marokk kiseb l-indipendenza fl-1955 ir-Rabat sar il-belt kapitali tal-pajjiż.
Ir-Rabat, Temara u Salé jiffurmaw konglomerazzjoni urbana ta' iktar minn 1.8 miljun ruħ. Problemi relatati mas-sedimenti fix-xmara naqqsu r-rwol tar-Rabat bħala port; madankollu, ir-Rabat u Salé għad għandhom industriji importanti tat-tessuti, tal-ipproċessar tal-ikel u tal-kostruzzjoni. Barra minn hekk, it-turiżmu u l-preżenza tal-ambaxxati barranin kollha fil-Marokk iwasslu biex ir-Rabat jitqies bħala waħda mill-iktar bliet importanti fil-pajjiż. Il-belt kapitali Marokkina ġiet ikklassifikata fit-tieni post mis-CNN fil-lista tagħhom tal-"Aqwa Destinazzjonijiet tal-Ivvjaġġar tal-2013".[2] Rabat hija waħda mill-erbat ibliet imperjali tal-Marokk, u l-medina tar-Rabat tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2012.[3] Ir-Rabat hu aċċessibbli bil-ferrovija permezz tas-sistema ONCF u bl-ajruplan permezz tal-Ajruport ta' Rabat–Salé qrib il-belt.