Tuneż
From Wikipedia, the free encyclopedia
Tuneż (ˈtuːnɪs; bl-Għarbi: تونس) hija l-belt kapitali tat-Tuneżija u l-ikbar belt fil-pajjiż. Fl-2014, il-popolazzjoni tal-muniċipalità ta' Tuneż kienet ta' 638,845 abitant skont iċ-ċensiment tal-Istitut Nazzjonali tal-Istatistika. Iż-żona metropolitana kollha ta' Tuneż, spiss magħrufa bħala "Grand Tunis", għandha popolazzjoni ta' madwar 2,700,000 abitant. Mill-2020 Tuneż hija t-tielet l-ikbar belt fir-reġjun tal-Magreb (wara Casablanca u Alġiers) u l-ħdax-il ikbar belt fid-dinja Għarbija.
Tuneż | |
---|---|
Tuneżija | |
Amministrazzjoni | |
Pajjiż | Tuneżija |
Governorate of Tunisia | Governorat ta' Tuneż |
Isem uffiċjali | تونس |
Ismijiet oriġinali | تونس |
Kodiċi postali |
1000 |
Ġeografija | |
Koordinati | 36.8008°N 10.18°E / 36.8008; 10.18 |
Superfiċjenti | 212,630,000 metru kwadru |
Għoli | 4 m |
Fruntieri ma' | Ariana Governorate (en) , Manouba Governorate (en) u Ben Arous Governorate (en) |
Demografija | |
Popolazzjoni | 602,560 abitanti (1 Jannar 2022) |
Informazzjoni oħra | |
Kodiċi tat-telefon |
71 |
Żona tal-Ħin | UTC+1 |
bliet ġemellati | Amman, Köln, Doha, Jeddah, Belt tal-Kuwajt, Muscat, Montreal, Moska, Rabat, Rio de Janeiro, Santiago, Tashkent, Tripli, Pariġi, Torino, Liżbona, Marsilja, Praga, Stokkolmau Istanbul |
commune-tunis.gov.tn |
Il-belt tinsab f'golf kbir tal-Baħar Mediterran magħruf bħala l-Golf ta' Tuneż, wara l-Lag ta' Tuneż u l-port ta' La Goulette (Ḥalq il-Wād). Il-belt hija estiża tul il-pjanura kostali u l-għoljiet ta' madwarha. Il-medina antika hija l-qalba tal-belt u hija Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1] Fil-Lvant tal-medina, mid-Daħla tal-Baħar (magħrufa wkoll bħala Bab el Bhar u Porte de France), tibda l-belt moderna magħrufa bħala "Ville Nouvelle", bit-triq prinċipali li tgħaddi minn ġo nofsha, Avenue Habib Bourguiba (li spiss hija magħrufa fil-gwidi tal-ivvjaġġar u fuq il-mezzi tax-xandir bħala x-"Champs-Élysées Tuneżina"), fejn hemm kuntrast ċar bejn il-binjiet tal-era kolonjali u l-istrutturi antiki ferm iżgħar. Iktar fil-Lvant mal-baħar hemm is-subborgi ta' Kartaġni, La Marsa u Sidi Bou Said. Bħala l-belt kapitali tal-pajjiż, Tuneż hija l-qalba tal-ħajja politika u amministrattiva tal-pajjiż, kif ukoll iċ-ċentru tal-attivitajiet kummerċjali u kulturali tat-Tuneżija.