Tanġier
belt Marokkina / From Wikipedia, the free encyclopedia
Tanġier (pronunzjata: m/tænˈdʒɪər/ tan-JEER; spelluta wkoll Tanġeri; bl-Ingliż: Tangier; bl-Għarbi: طنجة, b'ittri Rumani: Ṭanjah, [tˤandʒa], [tˤanʒa]; bil-lingwi Berberi: ⵟⴰⵏⵊⴰ, b'ittri Rumani: Ṭanja) hija belt fil-Majjistral tal-Marokk, mal-kosti tal-Baħar Mediterran u l-Oċean Atlantiku. Tanġier hija l-belt kapitali tar-reġjun ta' Tanġier-Tetouan-Al Hoceima, kif ukoll tal-Prefettura ta' Tanġier-Assilah fil-Marokk.
Tanġier | |||
---|---|---|---|
Marokk | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Constitutional monarchy | Marokk | ||
Region of Morocco | Tanġier-Tetouan-Al Hoceima | ||
Prefecture of Morocco | Prefettura ta' Tanġier-Assilah | ||
Ismijiet oriġinali |
طنجة ⵟⴰⵏⵊⴰ | ||
Kodiċi postali |
90000, 90010, 90020, 90030, 90040, 90050, 90060, 90070, 90080, 90090u 90100 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 35.7767°N 5.8039°W / 35.7767; -5.8039 | ||
Superfiċjenti | 199.5 kilometru kwadru | ||
Għoli | 80 m | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 947,952 abitanti (2014) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Fondazzjoni | 5 century "BCE" | ||
Żona tal-Ħin | UTC±0 | ||
bliet ġemellati | Bizerte, Faro, Algericas, Cádiz, Liège, Casablanca, Metz, Moulins, Pasadena, Mumbai, Beaugency, Saint-Denis, Aartselaaru Saint-Josse-ten-Noode |
Bosta ċivilizzazzjonijiet u kulturi influwenzaw l-istorja ta' Tanġier, saħansitra minn qabel is-seklu 10 Q.K. Tanġier bdiet bħala raħal u ċentru kummerċjali strateġiku tal-Feniċi, u kienet salib it-toroq kruċjali għal bosta kulturi. Fl-1923 saret żona internazzjonali ġestita minn setgħat kolonjali u saret destinazzjoni għal bosta diplomatiċi, spjuni, nonkonformisti, kittieba u negozjanti Ewropej u Amerikani. Dak l-istatus intemm bl-indipendenza tal-Marokk, f'fażijiet gradwali bejn l-l-1956 u l-1960.
Sal-bidu tas-seklu 21, Tanġier għaddiet minn żvilupp u modernizzazzjoni rapidi. Fost il-proġetti li saru hemm proġetti għat-turiżmu tul il-bajja, distrett kummerċjali modern imsejjaħ Ċentru tal-Belt ta' Tanġier, terminal tal-ajruport, u grawnd tal-futbol. L-ekonomija ta' Tanġier mistennija tgawdi ferm mill-port Mediterran ta' Tanġier (magħruf ukoll bħala l-port ta' Tanġier-Med).