Feniċi
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Feniċi kienu poplu mil-Lvant Nofsani, min-naħat ta' fuq ta' fejn illum il-pjanuri tal-Lebanon, is-Sirja u l-Palestina.
Iċ-ċiviltà Feniċja kienet waħda bbażata fuq il-kummerċ marittimu li tferrxet tul il-Baħar Mediterran fl-ewwel millenju Q.K.[1] Anki jekk in-nies ta' dawk ir-reġjuni kienu jsejħu lilhom infushom Kanaaniti, l-isem Feniċi ingħata mill-Griegi, li kienu jsejħulhom Phoiniki - Φοινίκη (Phoiníkē); il-kelma Griega għal Feniċi kienet sinonimu ta' kulur vjola fl-aħmar, bil-Grieg φοινίξ (phoinix), minħabba l-fatt li l-Feniċi kienu jikkummerċjaw drapp miżbugħ b'dan dan il-kulur. Dan il-kulur jinsab fil-bekkum, bebbuxu tal-baħar (isem xjentifiku: Murex trunculus.
Il-Feniċi baqgħu jkattru r-rotot kummerċjali tagħhom u kienu waqqfu kolonji matul il-vjaġġi tagħhom, bħal Kartaġni, Lilybaeum, Spanja, Sardinja, Malta u anki mal-kosta Afrikana fl-Atlantiku.
Il-Feniċi kienu jitkellmu ilsien Semitiku imsejjaħ Puniku mir-Rumani, minħabba li l-kelma għal vjola bil-Latin kienet Puniceus. Anki jekk il-Feniċi biż-żmien naqsu mill-kummerċ tagħhom, xorta il-kultura tagħhom baqgħet ħajja matul is-sekli madwar il-Mediterran kollu.