Saħara
From Wikipedia, the free encyclopedia
Is-Saħara[1] fl-Afrika ta' Fuq, hu wieħed mill-ikbar deżerti tad-dinja. L-Antartika hi wkoll deżert u hi ikbar.[2]
Hu mdawwar mill-Oċean Atlantiku, il-Muntanji Atlas, il-Baħar Mediterran, il-Baħar l-Aħmar, u r-reġjun ta' Saħel. Ġo fih hemm partijiet minn ħafna pajjiżi, fosthom il-Marokk, l-Alġerija, it-Tuneżija, il-Libja, l-Eġittu, il-Mawritanja, il-Mali, in-Niġer, Ċad, l-Eritrea, is-Saħara tal-Punent u s-Sudan. Il-parti l-kbira tiegħu mhux abitabbli imma xi nies jirnexxilhom jgħixu fil-postijiet fejn hemm l-ilma.[3]
Id-Deżert Saħara fih xi 9,065,000 kilometru kwadru. Kien hemm żmien meta kien ikbar u żmien meta kien iżgħar. Wara l-aħħar Żmien is-Silġ sar iżjed fertili, imbagħad reġa' nixef. Hu l-isħan post fid-dinja, imma mhux l-iżjed nixef. L-iżjed nixef hu d-Deżert Atacama fl-America ta' Fuq. Is-Saħara bejn wieħed u ieħor hu daqs l-iStati Uniti f'daqqa.