Sintra
muniċipalità fid-Distrett ta' Liżbona, il-Portugall / From Wikipedia, the free encyclopedia
Sintra (/ˈsɪntrə, ˈsiːntrə/,[1][2] bil-Portugiż: [ˈsĩtɾɐ]) hija belt u muniċipalità fir-reġjun ikbar ta' Liżbona, il-Portugall, li tinsab mar-Rivjera Portugiża. Il-popolazzjoni tal-muniċipalità fl-2021 kienet tlaħħaq it-385,654 ruħ[3], f'erja ta' 319.23 kilometru kwadru (123.26 mil kwadru). Sintra hija waħda mill-iżjed muniċipalitajiet urbanizzati u l-iktar populati densament fil-Portugall. Il-muniċipalità hija destinazzjoni turistika ewlenija peress li pittoreska ħafna u għandha diversi palazzi storiċi, kastelli, bajjiet xeniċi, parks u ġonna.
Sintra | |||
---|---|---|---|
Portugall | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Portugall | ||
Districts of Portugal | Liżbona | ||
Kodiċi postali |
2714 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 38.79736°N 9.39042°W / 38.79736; -9.39042 | ||
Superfiċjenti | 319.23 kilometru kwadru | ||
Għoli | 317 m | ||
Fruntieri ma' | Mafra, Loures, Odivelas, Amadora, Oeirasu Cascais | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 377,835 abitanti (2011) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Kodiċi tat-telefon |
219 | ||
Żona tal-Ħin | UTC±0 | ||
bliet ġemellati | El Jadida, Bissau, Lobito, Ħavana, Petrópolis, Kontea ta' Honolulu, Honolulu, Oviedou Fontainebleau | ||
cm-sintra.pt |
Iż-żona tinkludi l-Park Naturali ta' Sintra-Cascais li minnha jgħaddu l-Muntanji ta' Sintra. Iċ-ċentru storiku tal-Vila de Sintra huwa famuża għall-arkitettura Romantika tas-seklu 19, għall-binjiet u għall-vilel storiċi, għall-ġonna, u għall-palazzi rjali u għall-kastelli, li wasslu biex il-belt titniżżel bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[4] Fost l-attrazzjonijiet ta' Sintra nsibu l-Kastell Medjevali tal-Għarab Iberiċi, il-Palazz Romantiku Nazzjonali ta' Pena u l-Palazz Rinaxximentali Portugiż Nazzjonali ta' Sintra.
Sintra hija waħda mill-iżjed muniċipalitajiet għonja kemm fil-Portugall kif ukoll fil-Peniżola Iberika inġenerali.[5][6] Tospita waħda mill-ikbar komunitajiet ta' barranin tul ir-Rivjera Portugiża[7][8][9][10] u b'mod konsistenti tikklassifika bħala wieħed mill-aqwa postijiet fejn tgħix fil-Portugall.[11]
Il-Forum tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar is-Sistema Bankarja Ċentrali, avvenimenti annwali organizzat mill-Bank Ċentrali Ewropew, jiġi organizzat f'Sintra.[12]