Shahrisabz
belt fl-Użbekistan / From Wikipedia, the free encyclopedia
Shahrisabz jew Shakhrisyabz (bl-Użbek: Шаҳрисабз Shahrisabz; bit-Taġik: Шаҳрисабз; bil-Persjan: شهر سبز, b'ittri Rumani shahr-e sabz: "il-belt ħadranija"; bir-Russu: Шахрисабз) hija belt fir-Reġjun ta' Qashqadaryo fin-Nofsinhar tal-Użbekistan li tinsab madwar 80 kilometru fin-Nofsinhar ta' Samarkanda b'popolazzjoni ta' madwar 100,000 ruħ.[1] Il-belt tinsab f'altitudni ta' 622 metru. Storikament magħrufa bħala Kesh jew Kish, Shahrisabz kienet belt maġġuri tal-Asja Ċentrali u kienet ċentru urban ta' Sogdjana, provinċja tal-Imperu Akemenida tal-Persja. Il-belt hija magħrufa l-iktar bħala belt twelid il-konkwistatur Timur (Timurlane; is-seklu 14).
Quick Facts Amministrazzjoni, Ġeografija ...
Shahrisabz | |
---|---|
Użbekistan | |
Amministrazzjoni | |
Stat sovran | Użbekistan |
Reġjun tal-Użbekistan | Reġjun ta' Kaxkadarja |
Ġeografija | |
Koordinati | 39.05°N 66.83°E / 39.05; 66.83 |
Superfiċjenti | 240 hectare |
Għoli | 622 m |
Demografija | |
Popolazzjoni | 100,300 abitanti (2014) |
Informazzjoni oħra | |
Fondazzjoni | 7 century "BCE" |
Żona tal-Ħin | UTC+5 |
Close