Sandro Botticelli
pittur Taljan (1445-1510) / From Wikipedia, the free encyclopedia
Alessandro di Mariano di Vanni Filipepi (twieled għall-ħabta tal-1445[1] – miet fis-17 ta’ Mejju 1510), magħruf bħala Sandro Botticelli ([ˈsandro bottiˈtʃɛlli]), kien pittur Taljan tar-Rinaxximent Bikri. Ir-reputazzjoni ta’ Botticelli wara mewtu batiet sal-aħħar tas-seklu 19, meta mbagħad ix-xogħol tiegħu reġa’ ġie skopert mill-Pre-Raffaeliti li stimolaw rivalutazzjoni ta’ xogħlu. Minn dak iż-żmien ’il quddiem, il-pitturi tiegħu bdew jitqiesu bħala rappreżentazzjoni tal-grazzja lineari tal-pittura Rinaxximentali Bikrija.
Sandro Botticelli | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Alessandro di Mariano di Vanni Filipepi |
Twelid | Firenze, c. 1445 |
Grupp etniku | Taljani |
Mewt | Firenze, 17 Mejju 1510 |
Post tad-dfin | Knisja tal-Qaddisin Kollha, Firenze |
Familja | |
Konjuga/i | Not married |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Taljan |
Għalliema |
Filippo Lippi Andrea del Verrocchio |
Studenti |
uri
|
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
pittur disinjatur disinjatur tal-bini pittur tal-affreski |
Post tax-xogħol |
Firenze Pisa Ruma Mantova |
Impjegaturi | Andrea del Verrocchio |
Xogħlijiet importanti |
It-Twelid ta’ Venere Adorazzjoni tal-Maġi Primavera Fortezza |
Moviment |
Rinaxximent Bikri Skola ta’ Firenze |
Psewdonomu | di Mariano Filipepi, Alessandro |
Moviment artistiku |
ritratt pittura storika pittura reliġjuża allegorija pittura mitoloġika arti reliġjuża |
Minbarra s-suġġetti mitoloġiċi li għalihom huwa magħruf l-iktar fil-preżent, Botticelli pitter firxa wiesgħa ta’ suġġetti reliġjużi (inkluż għexieren ta’ pitturi tal-Madonna bil-Bambin, ħafna minnhom b’għamla tonda) u anke xi ritratti. L-iktar opri magħrufa tiegħu huma t-Twelid ta’ Venere u r-Rebbiegħa (bit-Taljan: Primavera), li t-tnejn li huma jinsabu fl-Uffizi, f’Firenze. Botticelli għex ħajtu kollha fl-istess kwartier ta’ Firenze; l-unika żmien sinifikanti li qatta’ xi mkien ieħor kienu x-xhur li qatta’ jpitter f’Pisa fl-1474 u f’Ruma fl-1481-82 meta pitter fil-Kappella Sistina.[2]
Waħda biss mill-pitturi ta’ Botticelli, in-Natività Mistika (fil-Gallerija Nazzjonali ta’ Londra), għandha iskrizzjoni bid-data (l-1501), mentri l-oħrajn jistgħu jiġu datati bi gradi jvarjaw ta’ ċertezza abbażi ta’ rekords fl-arkivji; għalhekk, l-iżvilupp tal-istil tiegħu jista’ jiġi traċċat b’ċertu ċertezza. Huwa kien jaħdem b’mod indipendenti matul is-snin 70 tas-seklu 15, u matul dak iż-żmien bena reputazzjoni tajba ħafna. Fis-snin 80 tas-seklu 15 kiseb l-ikbar suċċessi, permezz tal-pitturi mitoloġiċi kbar tiegħu kif ukoll ħafna mill-pitturi tal-Madonna l-iktar famużi tiegħu. Sas-snin 90 tas-seklu 15, l-istil tiegħu sar iktar personali u sa ċertu punt iktar isegwi r-regoli prestabbiliti. L-aħħar xogħlijiet tiegħu jidher li kien qabad miexi f’direzzjoni opposta ta’ dik li kien qabad Leonardo da Vinci (li għal seba’ snin kien taħtu) u l-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ pitturi li ħolqu l-istil Rinaxximentali Għoli, u minflok irritorna lejn stil li ħafna ddeskrivew bħala iktar “Gotiku” jew“arkajku”.