Robert Schumann
Kompożitur Ġermaniż / From Wikipedia, the free encyclopedia
Robert Schumann (Zwickau f'Sassonja, 8 ta' Ġunju 1810 - 29 ta' Lulju 1856) kien kompożitur Ġermaniż famuż. Għex fiż-żmien imsejjaħ il-Perjodu Romantiku. Kellu jabbanduna l-pjan li jsir pjanista minħabba li weġġa' jdejh. Kien jippubblika magażin mużikali u kiteb ħafna artikli dwar il-mużika li kienet għadha kemm ġiet komposta. Il-mużika tiegħu hija tipika tal-mużika Romantika: hija mimlija emozzjoni, il-biċċiet spiss ikollhom titoli li jiddeskrivu l-affarijiet, u ħafna drabi huma ispirati mil-letteratura. Kiteb ħafna mużika għall-pjanu. Ftit minn din il-mużika hija diffiċli biex tindaqq, iżda biċċiet oħra huma pjuttost faċli. Ħafna tfal jitgħallmu jdoqqu xi wħud mill-biċċiet fl-Album għaż-Żagħżagħ tiegħu. Il-kanzunetti tiegħu (Lieder) huma fost l-aqwa li qatt inkitbu. Huwa kiteb ukoll xogħlijiet akbar bħal sinfoniji u kunċerti u musica da camera. Kultant ħassu kuntent ħafna imma f'ħinijiet oħra kien depress ħafna. Dawn il-bidliet fil-burdata jistgħu jinstemgħu f'ħafna mill-mużika tiegħu.
Robert Schumann | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Zwickau (en) , 8 Ġunju 1810 |
Nazzjonalità | Renju tas-Sassonja |
Residenza |
Schumann-Haus (en) Leipzig |
Mewt | Endenich (en) u Bonn, 29 Lulju 1856 |
Post tad-dfin | Alter Friedhof Bonn (en) |
Kawża tal-mewt | kawżi naturali |
Familja | |
Missier | August Schumann |
Konjuga/i | Clara Schumann (12 Settembru 1840 - 29 Lulju 1856) |
Koppja/i | Ernestine von Fricken (en) |
Ulied | |
Aħwa | |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Università ta' Leipzig Università ta' Heidelberg |
Lingwi | Ġermaniż |
Għalliema |
Friedrich Wieck (en) Heinrich Dorn (en) Johann Gottfried Kuntsch (en) |
Studenti | |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kompożitur pjanist kritiku tal-mużika surmast tal-orkestra mużikologu għalliem tal-mużika kittieb |
Impjegaturi | Konservatorium der Musik zu Leipzig |
Xogħlijiet importanti |
Sinfonija Nru 1 Sinfonija Nru 2 Sinfonija Nru 3 Kinderszenen (en) |
Influwenzat minn | Niccolò Paganini (en) |
Sħubija | Leipziger Burschenschaft Germania |
Strument/i tal-mużika | pjanu |