Polonja
pajjiż fl-Ewropa Ċentrali / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Polonja, magħrufa uffiċjalment bħala r-Repubblika tal-Polonja (Rzeczpospolita Polska), hi pajjiż fl-Ewropa Ċentrali. [7][8] Il-pajjiż imiss mal-Ġermanja fil-Punent; ir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja fin-Nofsinhar; l-Ukrajna, il-Bjelorussja u l-Litwanja fuq il-Lvant; u l-Baħar Baltiku u l-Oblast ta' Królewiec. fit-Tramuntana. Il-Polonja, b'żona territorjali ta' 312,696 kilometru kwadru[9][10] (120,726 mi kwd), hi d-70 (2013) l-ikbar pajjiż fid-dinja u d-9 wieħed fl-Ewropa. B'popolazzjoni ta' 38 miljun ruħ, dan il-pajjiż hu l-34 pajjiż l-aktar popolat fid-dinja[11] u fost l-iktar wieħed mill-membri tal-Unjoni Ewropea.
Repubblika tal-Polonja Rzeczpospolita Polska |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Innu nazzjonali: Mazurek Dąbrowskiego (Dąbrowski's Mazurka) |
||||||
Pożizzjoni tal-Polonja (aħdar skur)
– fi ħdan l-Unjoni Ewropea (aħdar ċar) fil-kontinent Ewropew (griż skur) |
||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Varsavja 52°13′N 21°02′E | |||||
Lingwi uffiċjali | Pollak | |||||
Gruppi etniċi | Pollakki | |||||
Gvern | Repubblika parlamentari | |||||
- | President | Andrzej Duda | ||||
- | Prim Ministru | Donald Tusk | ||||
Formazzjoni | ||||||
- | Kristjanizzazzjoni tal-Polonja | 14 ta' April 966 | ||||
- | Renju tal-Polonja | 18 ta' April 1025 | ||||
- | Konfederazzjoni Pollakko-Litwana | 1 ta' Lulju 1569 | ||||
- | Partizzjoni tal-Polonja | 24 ta' Ottubru 1795 | ||||
- | Dukat ta' Varsavja | 22 ta' Lulju 1807 | ||||
- | Ir-Renju tal-Kungress | 9 ta' Ġunju 1815 | ||||
- | Rikostituzzjoni tal-Polonja | 11 ta' Novembru 1918 | ||||
- | Invażjoni tal-Polonja, It-Tieni Gwerra Dinjija | 1 ta' Settembru 1939 | ||||
- | Polonja Komunista | 8 ta' April 1945 | ||||
- | Repubblika tal-Polonja | 13 ta' Settembru 1989 | ||||
- | Sħubija fl-Unjoni Ewropea | 1 ta' Mejju 2004 | ||||
Sħubija fl-UE | 1 ta' Mejju 2004 | |||||
Erja | ||||||
- | Total | 312,696[3][4] km2 (70) 120,696.41 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | 3.07 | ||||
- | Densità | 123/km2 (90) 319.9/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $265.911 biljun[5] | ||||
- | Per capita | $21,000[5] | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $513.821 biljun[5] | ||||
- | Per capita | $13,540[5] | ||||
IŻU (2013) | 0.813[6] (għoli ħafna) (39) | |||||
Valuta | Złoty (PLN ) |
|||||
Żona tal-ħin | CET (UTC+1) | |||||
Kodiċi telefoniku | 48 | |||||
TLD tal-internet | .pl |
Il-Polonja huwa stat unitarju, magħmul minn sittax-il provinċja li jissejħu województwo bl-ilsien Pollakk. Varsavja hi l-belt kapitali tal-Polonja u tinsab fil-provinċja ta' Mazowieckie. Il-Polonja hi wkoll membru tal-Unjoni Ewropea, tan-NATO, tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, u tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Kummerċjali (OECD).
Polonja fruntieri totali: 2,865 km, pajjiżi tal-fruntiera (6): Belarrusja 375 km; Ċekja 699 km; Ġermanja 467 km; Il-Litwanja 100 km, ir-Russja (Kaliningrad Oblast) 209 km; Slovakkja 517 km; Ukraina 498 km.