Oħrid
From Wikipedia, the free encyclopedia
Oħrid jew Ohrid (Maċedonjan: [ˈɔxrit]) hija belt fil-Maċedonja ta' Fuq u s-sede tal-Muniċipalità ta' Oħrid. Hija l-akbar belt mal-Lag Oħrid u t-tmien l-akbar belt fil-pajjiż. Fl-2002 il-muniċipalità rreġistrat popolazzjoni ta' aktar minn 42,000 abitant. Oħrid hija magħrufa li darba kellha 365 knisja, waħda għal kull jum tas-sena, u kienet tissejjaħ "Ġerusalemm tal-Balkani".[1][2] Il-belt fiha ħafna djar pittoreski u monumenti, u hija popolari ħafna fil-qasam turistiku. Tinsab fil-Lbiċ ta' Skopje, fil-Punent ta' Resen u Bitola. Fl-1979 u fl-1980 rispettivament, Oħrid u l-Lag Oħrid ġew aċċettati bħala Sit ta' Wirt Dinji Kulturali u Naturali tal-UNESCO.[3] Oħrid huwa wieħed mit-28 Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li huma siti kulturali kif ukoll naturali.
Oħrid | |||
---|---|---|---|
Maċedonja ta' Fuq | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Maċedonja ta' Fuq | ||
Municipality of North Macedonia | Muniċipalità ta' Ohrid | ||
Kap tal-Gvern | Nikola Bakracheski (en) | ||
Isem uffiċjali | Охрид | ||
Ismijiet oriġinali | Охрид | ||
Kodiċi postali |
6000 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 41.1169°N 20.8019°E / 41.1169; 20.8019 | ||
Superfiċjenti | 389.93 kilometru kwadru | ||
Għoli | 695 m | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 38,818 abitanti (2021) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Kodiċi tat-telefon |
046 | ||
Żona tal-Ħin | Ħin tal-Ewropa Ċentraliu Ħin tas-Sajf tal-Ewropa Ċentrali | ||
bliet ġemellati | Piran, Inđija, Wollongong (en) , Budva, Vinkovci (en) , Pogradec, Kragujevac (en) , Windsor, Vidovec (en) , Trogir, Yalova (en) , Stari Grad, Safranbolu, Mostar (en) , Ogrodzieniec (en) , Gaziosmanpaşa (en) u Nikšić (en) | ||
ohrid.gov.mk |