Jum l-Ewropa
id-9 ta6 Mejju għall-Unjoni Ewropea jew l-5 ta' Mejju għall-Kunsill tal-Ewropa / From Wikipedia, the free encyclopedia
Jum l-Ewropa hu l-jum meta jiġu ċċelebrati “l-paċi u l-unità fl-Ewropa”.[1][2] Dan il-jum jiġi ċċelebrat fil-5 ta’ Mejju mill-Kunsill tal-Ewropa u fid-9 ta’ Mejju mill-Unjoni Ewropea.
L-ewwel rikonoxximent ta’ Jum l-Ewropa kien mill-Kunsill tal-Ewropa fl-1964.[3] Iktar ’il quddiem, l-Unjoni Ewropea (UE) bdiet tiċċelebra l-Jum l-Ewropa tagħha[4] sabiex tikkommemora d-Dikjarazzjoni ta’ Schuman tal-1950, tant li wħud bdew jirreferu għal dan il-jum bħala “Jum Schuman” jew “Jum l-Ewropa Magħquda”.[5] Fiż-żewġ każijiet, Jum l-Ewropa jiġi ċċelebrat billi tintwera l-bandiera tal-Ewropa.[6]