Istmu Kuronjan
istmu bid-duni tar-ramel, nofsu tal-Litwanja u nofsu tar-Russja / From Wikipedia, the free encyclopedia
L-Istmu Kuronjan (bil-Litwan: Kuršių nerija; bir-Russu: Ку́ршская коса́ (b’ittri Rumani: Kurshskaya kosa); bil-Ġermaniż: Kurische Nehrung; bl-Ingliż: Curonian Spit) huwa istmu twil 98 kilometru, irqiq u f’għamla ta’ kurva, magħmul mid-duni tar-ramel, li jissepara l-Laguna Kuronjana mill-kosta tal-Baħar Baltiku. Il-parti tan-Nofsinhar tiegħu tagħmel parti mill-Oblast ta’ Kaliningrad, ir-Russja, filwaqt li l-parti tat-Tramuntana tiegħu tagħmel parti mil-Lbiċ tal-Kontea ta’ Klaipėda, il-Litwanja. L-istmu huwa Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO transnazzjonali, kondiviż bejn iż-żewġ pajjiżi.[1]