Iżlam
From Wikipedia, the free encyclopedia
L-Iżlam, ġieli spellut Islam, (bl-Għarbi: ۘالِإسْلَام, al-Islām, traduzzjoni: "Sottomissjoni [għar-rieda t'Allah]") huwa reliġjon monoteista Abramika (bħall-Ġudaiżmu u l-Kristjaneżmu) iċċentrata fuq il-Qu'ran (bil-Malti: il-Koran, relatata mal-kelma "Qara" mill-għerq q-r-j) u t-tagħlim ta' Muħammed. L-aderenti tal-Iżlam, imsejħa muslimin (bil-Malti: Misilmin jew Musulmani), jammontaw għal madwar 2 biljun ruħ globalment u huma t-tieni l-akbar popolazzjoni reliġjuża fid-dinja wara l-Kristjaneżmu.[1]
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Il-Misilmin jemmnu li l-Iżlam huwa l-verżjoni sħiħa u universali ta' fidi primordjali li ġiet rivelata ħafna drabi permezz ta' profeti preċedenti bħal Adam (maħsub li hu missier il-bniedem), Ibrahim (Abram), Musa (Mosè) u Għisa (Ġesù), fost oħrajn. Dawn ir-rivelazzjonijiet preċedenti huma attribwiti lill-Ġudaiżmu u lill-Kristjaneżmu, li huma meqjusa fl-Iżlam bħala twemmin spiritwali ta' qabel. Il-Misilmin niqisu l-Koran bħala l-kelma verbatim ta' Alla u r-rivelazzjoni finali mhux mibdula. Flimkien mal-Koran, il-Misilmi njemmnu wkoll fir-rivelazzjonijiet preċedenti, bħat-Tawrat (it-Torah), iż-Żabur (Salmi), u l-Inġil (Evanġelu). Huma jqisu wkoll lil Muħammad bħala l-profeta Iżlamiku ewlieni u finali, li permezz tiegħu tlestiet ir-reliġjon. It-tagħlim u l-eżempji normattivi ta' Muħammad, imsejħa s-Sunna, iddokumentati f'rakkonti msejħa l-Ħadit, jipprovdu mudell kostituzzjonali għall-Misilmin. Il-liġi Iżlamika, ix-Xarija, tmiss prattikament kull aspett tal-ħajja, mill-banek u l-finanzi u l-benesseri għall-irwoli tal-irġiel u tan-nisa u l-ambjent. Festi reliġjużi prominenti jinkludu Għid il-Fitr u Għid il-Adħa. It-tliet siti l-aqdes fl-Iżlam f'ordni dixxendenti huma l-Masġed il-Ħram (il-Moskea s-Sagra) fil-Mekka, il-Masġed in-Nabawi (il-Moskea tal-Profeta) fil-Medina, u l-Masġed l-Aqsa (il-Moskea l-Ibgħad) fil-Ġerusalemm.