Gran Mastri tal-Ordni ta' San Ġwann
Lista ta' dawk kollha li kellhom din il-kariga matul is-snin / From Wikipedia, the free encyclopedia
Lista tal-Gran Mastri tal-Ordni ta' San Ġwann, tiġbor fiha l-kontinwazzjoni tagħha bħala l-Ordni Militari Sovrana ta' Malta wara l-1798. Din tinkudi koll "anti-Gran mastri" u logutenenti jew stewards mhux rikonoxxuti waqt karigi battala.
Fil-listi tal-kapijiet tal-Ordni, it-titlu "Gran Mastru" spiss jiġi applikat retrospettivament għall-kapijiet tal-bidu tal-Ordni. Il-kapijiet Medjevali tal-Ordni użaw it-titlu ta' custos (Gwardjan) tal-isptar. It-titolu magister jintuża fuq muniti maħduma f'Rodi, minn Foulques de Villaret 'il quddiem. L-ewwel li uża t-titlu Grandis Magister (Gran Mastru) kien Jean de Lastic li saltan fl-1437–1454).[1] Aktar tard il-Gran Mastri f'Rodi użaw it-titlu Magnus Magister (Gran Mastru).
Fl-1607 l-Imperatur Ruman Imqaddes Rudolf II ħoloq lill-Gran Mastru Prinċep tal-Imperu Ruman Qaddis (bil-Ġermaniż: Reichsfürst ).[2] Din l-għotja ġiet imġedda mill-Imperatur Ruman Imqaddes Ferdinandu II fis-16 ta' Lulju 1620.[2][3] Fl-20 ta' Marzu 1607, il-Papa Pawlu V ta lill-Gran Mastru t-titlu "l-Eminenza Tiegħu" u preċedenza fil-Qorti ta' Ruma immedjatament wara dik tal-kardinali.[2]
Fl-1880, it-titlu ta' Fürst (Prinċep) ġie rikonoxxut fl-Awstrija mill-Imperatur Franz Joseph I.[4]
Fit-2 ta' Frar 1929, it-titlu ta' Prinċep u ta' Altezza Eminentissima (Altezza l-aktar Eminenti) ġew rikonoxxuti fl-Italja mir-Re Victor Emmanuel III.[5]
Bħalissa l-Gran Mastru jiġi indirizzat b'dan il-mod bil-lingwi li ġejjin: