FC Barcelona
klabb tal-futbol f'Barċellona, Spanja / From Wikipedia, the free encyclopedia
Futbol Club Barcelona, magħruf ukoll bħala sempliċement Barcelona u xi drabi Barça, huwa klabb tal-futbol professjonali Spanjol, ibbażat ġewwa l-belt ta' Barċellona, fi Spanja. Huma jilgħabu fl-ogħla diviżjoni Spanjola, La Liga, u flimkien ma' Athletic Bilbao u r-rivali Real Madrid huma l-uniċi li qatt ma ġew irregalati
Isem sħiħ | Futbol Club Barcelona | |||
---|---|---|---|---|
Ismijiet oħra |
Barça Blaugrana Azulgrana Culers Barcelonistes Blaugranes Azulgranas | |||
Fundazzjoni | 30UTCt | |||
Grawnd | Montjuic Olympic Stadium (en) | |||
Proprjetarju | associate member (en) | |||
President |
Joan Laporta (en) Josep Maria Bartomeu (en) Sandro Rosell (en) Joan Laporta (en) Enric Reyna (en) Joan Gaspart (en) Josep Lluís Núñez (en) Raimon Carrasco (en) Agustí Montal Costa (en) Narcís de Carreras (en) Enric Llaudet (en) Francesc Miró-Sans (en) Enric Martí Carreto (en) Agustí Montal Galobart (en) Josep Vendrell (en) Josep Antoni de Albert i Muntadas (en) Enrique Piñeyro Queralt (en) Josep Vidal-Ribas Güell (en) Joan Soler i Julià (en) Francesc Xavier Casals i Vidal (en) Josep Sunyol (en) Esteve Sala (en) Joan Coma (en) Antoni Oliver i Gras (en) Gaspar Rosés (en) Tomàs Rosés (en) Arcadi Balaguer (en) Hans Max Gamper-Haessig (en) Enric Cardona (en) Gaspar Rosés (en) Ricard Graells (en) Rafael Llopart i Vidaud (en) Joaquim Peris de Vargas (en) Àlvar Presta i Torns (en) Francesc de Moxó i de Sentmenat (en) Otto Gmeling (en) Vicenç Reig i Viñals (en) Juli Marial (en) Josep Soler (en) Arthur Witty (en) Paul Haas (en) Bartomeu Terradas (en) Walter Wild (en) Enrique Piñeyro Queralt (en) Gaspar Rosés (en) Hans Max Gamper-Haessig (en) Hans Max Gamper-Haessig (en) Hans Max Gamper-Haessig (en) Hans Max Gamper-Haessig (en) | |||
Kowċ | Hansi Flick | |||
Kampjonat | LaLiga | |||
| ||||
Sit uffiċjali |
Mill-fondazzjoni tal-klabb fis-sena 1899 minn grupp ta' plejers Żvizzeri u Brittaniċi mmexxija minn Joan Gamper, il-klabb sar simbolu tal-kultura Katalana, għalhekk il-motto huwa "Més que un club" (Aktar minn klabb). L-innu uffiċjali ta' Barcelona huwa "Cant del Barça" miktub minn Jaume Picas u Josep Maria Espinàs.[1] Huwa hu t-tieni l-aktar klabb sinjur fid-dinja tal-futbol f'termini ta' dħul, b'fatturat annwali ta' €398 miljun. Il-klabb għandu rivalità twila u qalila ma' Real Madrid; il-logħbiet bejn iż-żewġ timijiet huma magħrufin bħala "El Clásico".
Bħalissa huma ċ-ċampjins attwali tal-Copa del Rey u għandhom 21 titlu tal-La Liga, 26 tal-Copa del Rey, 10 tal-Supercopa de España, 3 Copa Eva Duarte[lower-alpha 1] u żewġ trofej tal-Copa de la Liga, kif ukoll bħala d-detentur tar-rekord għall-aħħar 4 kompetizzjonijiet. Fit-titli internazzjonali uffiċjali Barcelona rebħu 4 titli tal-UEFA Champions League, rekord ta' 4 titli tat-Tazza tat-Tazez Ewropej, 4 titli tal-UEFA Super Cup, u 3 titli tal-Inter-Cities Fairs Cup[lower-alpha 2] u rekord ta' 2 trofej tal-FIFA Club World Cup.[3]
Barcelona huwa l-uniku klabb Ewropew li lagħab futbol kontinentali kull staġun mill-1955, u wieħed mit-tliet klabbs li qatt ma ġew relegati minn La Liga, ma Athletic Bilbao u Real Madrid. Fl-2009, Barcelona sar l-ewwel klabb Spanjol li rebaħ it-Tripletta li tikkonsisti La Liga, Copa del Rey, u Champions League. Dik l-istess sena, sar ukoll l-ewwel klabb tal-futbol li rebaħ sitt kompetizzjonijiet minn sitta f'sena waħda, u b'hekk ikkompletew it-tripletta dobbja li tinkludi s-Super Cup Spanjola, UEFA Super Cup u l-FIFA Club World Cup.[4]