Etna
From Wikipedia, the free encyclopedia
L-Etna hija muntanja u vulkan fi Sqallija, l-Italja, b'quċċata għolja 3,604 metru. Il-vulkan żbroffa bil-qawwi kemm-il darba b'periklu għall-eqreb belt kbira li hija Katanja. Dan il-vulkan jista' jidher minn Malta. Huwa wiehed mill-aktar vulkani attivi tad-dinja.
L-ewwel żbroff irreġistrat tal-Etna seħħ fis-seklu 18 Q.K., għalkemm studji ġeoloġiċi juru li l-vulkan kien attiv qabel dak il-perjodu. Minn dak iż-żmien 'l hawn, nafu li żbroffa 90 darba u l-iktar żbroff devastanti kien dak tal-1169. Dan l-iżbroff qered il-belt ta' Katanja u qatel lil 15,000 ruħ, filwaqt li fi żbroff ieħor li seħħ fl-1669 mietu mal-20,000 ruħ.
Aktar reċenti, fl-1928, żewġt irħula ntradmu kważi għalkollox minn xmara ta' lava, u fl-1947, frott l-attività vulkanika, iffurmaw żewġ krateri ġodda. Il-vulkan Etna żbroffa wkoll fl-1971, fl-1981, fl-1983 u fl-1992, meta l-lava ġiet ikkontrollata permezz ta' splussiv immonitorjat. Fl-2001 seħħ numru ta' ċaqliq, li laħaq il-qofol tiegħu f'Lulju u fl-ewwel nofs ta' Awwissu meta xmajjar ħomor nar gelglu lejn il-belt ta' Nicolosi. B'dawn l-eruzzjonijiet infetħu sitt xpakkaturi li alteraw l-għamla ta' dan il-kon vulkaniku. Żbroff ieħor irreġistrat kien dak ta' April 2013, li wassal biex partijiet fin-Nofsinhar ta' Malta ġew affettwati bi trab iswed.[1]