Charles Manson
From Wikipedia, the free encyclopedia
Charles Milles Manson (Cincinnati, 12 ta' Novembru 1934 – Bakersfield, 19 ta' Novembru 2017) huwa kriminali Amerikan li mexxa dik li saret magħrufa bħala l-Familja Manson (Manson Family), grupp ta' żgħażagħ iffurmat lejn l-aħħar tas-snin sittin f'Kalifornja.[1] Hu ġie mixli bil-konfoffa għall-qtil ta' Sharon Tate u ta' Leno u Rosemary LaBianca, li saru mill-membri tal-grupp skont l-istruzzjonijiet tiegħu. Aktar tard instab ħati ta' dawn l-omiċidji.
Charles Manson | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Charles Milles Maddox |
Twelid | Cincinnati, 12 Novembru 1934 |
Nazzjonalità | Stati Uniti tal-Amerka |
Residenza | Spahn Ranch (en) |
Mewt | Bakersfield, 19 Novembru 2017 |
Kawża tal-mewt |
kawżi naturali (kanċer kolorektali attakk tal-qalb) |
Familja | |
Konjuga/i |
Rosalie Willis (en) Leona Stevens (en) |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
National Training School for Boys (en) Arroyo High School (en) Gibault School for Boys (en) Pasadena City College (en) |
Lingwi | Ingliż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kriminal mexxej ta' kult serial killer (en) mużiċist |
Għoli | 157 cm |
Strument/i tal-mużika | kitarra |
Fi żmien il-formazzjoni tal-Familja, Manson kien ekskarċerat, li kien qatta' nofs ħajtu f'faċilitajiet korrettivi wara serje ta' offiżi. Fil-perjodu qabel il-qtil, hu kien okkażjonalment ikun membru tal-industrija mużikali ta' Los Angeles. Wara li Manson instab ħati tad-delitti, ir-reġistrazzjonijiet tal-kanzunetti miktuba u kantati minnu ħarġu kummerċjalment. Fid-deċennji segwenti, artisti bħal Guns N' Roses u Marily Manson kantaw dawn il-kanzunetti.
Il-piena tal-mewt mogħtija lil Manson ġiet awtomatikament ridotta għal għomor il-ħabs meta deċiżjoni tal-1972 mill-Qorti Suprema ta' California temporanjament eliminat il-piena tal-mewt.[2] L-istabbiliment mill-ġdid tal-piena kapitali f'California ma affetwatx lil Manson, li jinsab detenut fil-Corcoran State Prison.