Bruges
belt fil-Fjandri tal-Punent, il-Belġju / From Wikipedia, the free encyclopedia
Bruges (/bruːʒ/ BRUHGZH, bl-Olandiż: Brugge [ˈbrʏɣə]) hija l-belt kapitali u l-ikbar belt fil-provinċja tal-Fjandri tal-Punent fir-Reġjun Fjamming tal-Belġju, fil-Majjistral tal-pajjiż, u s-sitt l-ikbar belt tal-pajjiż bħala popolazzjoni.
Bruges | |||
---|---|---|---|
Belġju | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Belġju | ||
Region of Belgium | Fjandri | ||
Province of Belgium | Fjandri tal-Punent | ||
Administrative arrondissement of Belgium | Arrondissement ta' Bruges | ||
Kap tal-Gvern | Dirk De fauw (en) | ||
Isem uffiċjali | Stad Brugge | ||
Ismijiet oriġinali |
Brugge Brugge | ||
Kodiċi postali |
8000, 8380, 8310u 8200 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 51.2089°N 3.2242°E / 51.2089; 3.2242 | ||
Superfiċjenti | 140.99 kilometru kwadru | ||
Għoli | 2 mu 4 m | ||
Fruntieri ma' | Blankenberge (en) , Knokke-Heist (en) , Oostkamp (en) u Damme (en) | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 118,509 abitanti (1 Jannar 2022) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Kodiċi tat-telefon |
050 | ||
Żona tal-Ħin | UTC+1 | ||
bliet ġemellati | Salamanca, Burgosu Guadalajara | ||
brugge.be |
L-erja tal-belt kollha tammonta għal iktar minn 13,840 ettaru (138.4 km2; 53.44 mil kwadru), inkluż 1,075 ettaru tul il-kosta, f'Zeebrugge (li ġejja minn Brugge aan zee[1], li tfisser "Bruges mal-Baħar").[2] Iċ-ċentru storiku tal-belt huwa Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3] Għandha għamla ovali u daqs ta' madwar 430 ettaru. Il-popolazzjoni totali tal-belt tammonta għal 117,073 ruħ (fl-1 ta' Jannar 2008), li minnhom madwar 20,000 ruħ jgħixu fiċ-ċentru tal-belt.[4] Iż-żona metropolitana, inkluż iż-żona tal-periferija, tkopri erja ta' 616 km2 (238 mil kwadru) u għandha total ta' 255,844 abitant skont l-aħħar ċensiment tal-1 ta' Jannar 2008.[5]
Flimkien ma' ftit bliet oħra bil-kanali fit-Tramuntana tal-Ewropa, bħal Amsterdam, fin-Netherlands, u San Pietruburgu, fir-Russja, xi kultant tissejjaħ "il-Venezja tat-Tramuntana". Bruges għandha importanza ekonomika importanti, bis-saħħa tal-port tagħha, u fl-imgħoddi kienet waħda mill-bliet kummerċjali ewlenin tad-dinja.[6][7] Bruges hija destinazzjoni turistika fil-Belġju, u hija magħrufa sew bħala s-sede tal-Kulleġġ tal-Ewropa, istitut universitarju għall-istudji Ewropej.[8]