Virginia Woolf
kittieba Ngliża / From Wikipedia, the free encyclopedia
Adeline Virginia Woolf (IPA: /wʊlf/; née Stephen) twieldet fil-25 ta’ Jannar tal-1882 u mietet fit-28 ta’ Marzu tal-1941. Hi kienet kittieba Ingliża, meqjusa bħala waħda mill-aktar kittieba importanti tal-moderniżmu tas-seklu għoxrin, kif ukoll pijunier fl-użu tan-nixxiegħa tal-kuxjenza bħala teknika għan-narrattiva.
Virginia Woolf | |
---|---|
Vuċi | |
Ħajja | |
Isem propju | Adeline Virginia Stephen |
Twelid | Londrau Hyde Park Gate, 25 Jannar 1882 |
Nazzjonalità |
Renju Unit Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda |
Residenza | Monk's House (en) |
L-ewwel lingwa | Ingliż |
Mewt | Lewes, 28 Marzu 1941 |
Post tad-dfin | Monk's House (en) |
Kawża tal-mewt | suwiċidju |
Familja | |
Missier | Leslie Stephen |
Omm | Julia Stephen |
Konjuga/i | Leonard Woolf (en) (10 Awwissu 1912 - 28 Marzu 1941) |
Koppja/i | Vita Sackville-West (en) |
Aħwa | |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Kulleġġ tar-Re f’Londra |
Lingwi | Ingliż |
Għalliema |
Ernest de Sélincourt (en) Janet Case (en) Clara Pater (en) |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
rumanzier saġġist awtobijografu novellist djarist kritiku letterarju pubblikatur kittieb attivista tad-drittijiet tan-nisa awtur |
Xogħlijiet importanti |
To the Lighthouse (en) Mrs Dalloway (en) Orlando: A Biography (en) A Room of One's Own (en) The Waves (en) |
Influwenzat minn |
Jane Ellen Harrison (en) George Eliot |
Moviment | Bloomsbury Group (en) |
Moviment artistiku |
drama proża |
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Woolf twieldet f’familja sinjura f’South Kensington, Londra, u hija s-seba’ wild ta’ Julia Prinsep Jackson u Leslie Stephen. Fosthom kien hemm il-pittriċi modernista Vanessa Bell. Minn ta’ età żgħira, hi rċiviet l-edukazzjoni tagħha f’darha, b’enfasi fuq il-klassiċi Ingliżi u l-letteratura tal-era Vittorjana. Mill-1897 sal-1901, hija attendiet id-Dipartiment tan-Nisa f’King's College London, fejn studjat il-klassiċi u l-istorja. Barra minn hekk, Woolf, f’dan id-dipartiment, iltaqgħet ma’ riformisti involuti fl-edukazzjoni terzjarja tan-nisa, kif ukoll riformisti tal-moviment għad-drittijiet tan-nisa.
Fl-1900, Woolf bdiet tikteb professjonalment grazzi għall-inkoraġġiment ta’ missierha. Wara l-mewt tiegħu fl-1904, il-familja Stephen imxiet minn Kensington għall-belt iktar nonkonformista ta’ Bloomsbury. Hawnhekk, il-familja Stephen, flimkien ma’ xi ħbieb intellettwali, għaqqdet il-grupp artistiku u letterarju Bloomsbury Group. Fl-1912, l-awtriċi żżewġet lil Leonard Woolf. Fl-1917, il-koppja waqqfet il-Hogarth Press, fejn Woolf ippublikat ħafna minn xogħolha. Apparti minn hekk, huma krew dar ġo Sussex li bdew jgħixu fiha b’mod permanenti fl-1940. Madankollu, Woolf kellha relazzjonijiet romantiċi man-nisa, fosthom ma’ Vita Sackville-West, li wkoll kienet tippublika l-kotba tagħha ma’ Hogarth Press. Għaldaqstant, il-kitba letterarja ta’ dawn iż-żewġ awturi ġiet ispirata mir-relazzjoni tagħhom, li baqgħet għaddejja sal-mewt ta’ Woolf.
Fil-perjodu ta’ bejn iż-żewġ gwerer dinjin, Woolf kienet tifforma parti importanti mis-soċjetà letterarja u artistika ta’ Londra. Fl-1915 ippublikat l-ewwel rumanz tagħha The Voyage Out permezz tad-dar tal-pubblikazzjoni Gerald Duckworth and Company li hija ta’ ħuha min-naħa ta’ ommha. L-iktar xogħlijiet magħrufin tagħha jinkludu n-novelli Mrs Dalloway (1925), To the Lighthouse (1927) u Orlando (1928). Hija magħrufa wkoll għall-esejs tagħha, fosthom A Room of One's Own (1929). Woolf saret persuna prominenti tal-Moviment tal-Kritika Feminista tas-snin sebgħin. Madankollu, ix-xogħlijiet tagħha ġibdu attenzjoni kbira tant li diversi kummentarji kkunsidrawha bħala ispirazzjoni għall-feminiżmu. Xogħolha ġie tradott f’iktar minn ħamsin lingwa u ammont kbir ta’ xogħol letterarju ġie ddedikat għal ħajjitha. Woolf kienet ukoll sors ta’ ispirazzjoni għal diversi drammi, rumanzi u films. Illum il-ġurnata, Woolf hija mfakkra b’monumenti, b’soċjetajiet iddedikati għal xogħolha, kif ukoll b’binja fl-Universitá ta’ Londra.
Tul ħajjitha, Woolf kienet inkwetata minn mard mentali . Hija ġiet istituzzjonalizzata diversi drabi u ppruvat suwiċidju mill-inqas darbtejn. Skont Dalsimer (2004), il-marda tagħha kienet ikkaratterizzata minn sintomi li llum kienu djanjostikati bħala diżordni bipolari, li għalih ma kien hemm l-ebda trattament effettiv matul ħajjitha. Fl-1941, fl-età ta’ 59 sena, Woolf mietet billi għerqet fix- Xmara Ouse f’Lewes .