Tassili n'Ajjer
park nazzjoni fid-Deżert tas-Saħara fl-Alġerija, li jinkludi l-arti preistorika fl-għerien / From Wikipedia, the free encyclopedia
Tassili n'Ajjer (bil-Berberu: Tassili n Ajjer, bl-Għarbi: طاسيلي ناجر, b'ittri Rumani: ṭāssīlī naʾjir; jiġifieri l-"promontorju tax-xmajjar") huwa park nazzjonali fid-deżert tas-Saħara, li jinsab fuq promontorju kbir fix-Xlokk tal-Alġerija. Peress li fih wieħed mill-iżjed raggruppamenti importanti ta' arti preistorika fl-għerien fid-dinja, u jkopri erja ta' iktar minn 72,000 km2 (28,000 mil kwadru), Tassili n'Ajjer tniżżel bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1982.[1]