Slaten Maġi
Grupp ta' barranin distinti li żaru Ġesù wara li twieled / From Wikipedia, the free encyclopedia
Skont it-tradizzjoni Nisranija is-Slaten Maġi (mill-Grieg: μάγοι, magoi), żaru 'l Ġesù wara twelidu u ġabulu r-rigali. Huma msemmijin biss fl-Evanġelju ta' San Mattew li jgħid li ġew "mil-lvant" biex jaduraw 'l Kristu, "li twieled sultan tal-Lhud ". Billi ssemmew tliet rigali, tradizzjonalment jingħad li kien hemm tliet Maġi, minkejja li Mattew ma speċifikax in-numru[1]. Is-slaten Maġi jidhru regolarment fir-rakkonti tat-twelid ta' Kristu u fil-festi tal-Milied.
L-identifikazzjoni tal-Maġi bħala slaten hi marbuta mal-profeziji tat-Testment l-Antik bħal dik f'Iżaija 60:3, li tiddeskrivi l-Messija meqjum mis-slaten[2]. L-ewwel qarrejja interpretaw ir-rakkont ta' San Mattew fid-dawl ta' dawn il-profeziji u għamlu l-maġi rejiet.