Sit tad-Dolmens ta' Antequera
Sit ta' Wirt Dinji fl-Andalusija, Spanja / From Wikipedia, the free encyclopedia
Is-Sit tad-Dolmens ta' Antequera huwa Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO[1] fl-inħawi ta' Antequera, l-Andalusija, Spanja. Is-sit huwa magħmul minn tliet monumenti kulturali[2], id-Dolmen ta' Menga, id-Dolmen ta' Viera u t-Tholos ta' El Romeral, u żewġ elementi naturali fil-muntanji, Peña de los Enamorados u El Torcal.[3] L-istituzzjoni kulturali responsabbli għall-protezzjoni tas-sit hija s-CADA (bl-Ispanjol: Conjunto Arqueológico Dólmenes de Antequera, bil-Malti: Kumpless Arkeoloġiku tad-Dolmens ta' Antequera).[4]