Pawlu Boffa
From Wikipedia, the free encyclopedia
Pawlu Boffa (twieled fit-30 ta' Ġunju 1890 – miet fis-6 ta' Lulju 1962) kien politiku Malti li serva bħala s-sitt Prim Ministru ta' Malta, l-ewwel Prim Ministru ta' wara l-gwerra, u l-ewwel Prim Ministru Laburista.
Quick Facts Prim Ministru ta' Malta, Membru tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta ...
Pawlu Boffa | |||||
---|---|---|---|---|---|
4 Novembru 1947 - 26 Settembru 1950 - Enrico Mizzi →
| |||||
Ħajja | |||||
Twelid | Birgu, 30 Ġunju 1890 | ||||
Nazzjonalità | Malta | ||||
Mewt | Raħal Ġdid, 6 Lulju 1962 | ||||
Edukazzjoni | |||||
Alma mater | Università ta' Malta | ||||
Okkupazzjoni | |||||
Okkupazzjoni | politiku | ||||
Premjijiet |
Close
Imwieled il-Birgu, bin Carmelo u Carmela née Serracino. Studja fl-iskola Primarja tal-Birgu, fil-Liċeo u fl-Università Rjali ta' Malta fejn iggradwa bħala tabib fl-età ta' 23 sena. Fis-16 ta' Jannar 1921, iżżewweġ lil Genoveffa Ceci u kellhom erbat itfal - Hilda, Melina, Joseph u Vivi. Fl-Ewwel Gwerra Dinjija, Boffa serva fir-Royal Army Medical Corps, fejn wettaq servizz mediku fuq vapuri li kienu jiġu Malta bil-feruti tal-gwerra.