Norveġja
pajjiż fit-Tramuntana tal-Ewropa / From Wikipedia, the free encyclopedia
In-Norveġja ( ˈnrweɪ (għajnuna·info); Norveġiż: Norge (għajnuna·info) (Bokmål) jew Noreg (għajnuna·info) (Ninorsk), uffiċjalment ir-Renju tan-Norveġja, hija monarkija kostituzzjonali unitarja Skandinava li t-territorju tagħha fih il-parti tal-Punent tal-Peniżola Skandinava, Jan Mayen, u l-arċipelagi Artiċi ta' Svalbard u l-Gżira Bouvet. In-Norveġja għandha erja totali ta' 385,207 kilometru kwadru (148,729 mi kw) u popolazzjoni ta' madwar 5.5 miljun ruħ.[3]
Renju tan-Norveġja | ||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Mottu: "Alt for Norge" Kollox għan-Norveġja |
||||||
Innu nazzjonali: Ja, vi elsker dette landet (de facto) Iva, aħna nħobbu dan il-pajjiż |
||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Oslo 59°54.78′N 10°44.41′E | |||||
Lingwi uffiċjali | Norveġiż (Bokmål / Ninorsk) Davvisámegiella |
|||||
Gvern | Monarkija kostituzzjonali parlamentari unitarja | |||||
- | Re | Re Harald V | ||||
- | Prim Ministru | Jonas Gahr Støre (Ap) (2021–) | ||||
- | President ta' Storting | Masud Gharahkhani (Ap) (2021–) | ||||
- | Prim Imħallef | Toril Marie Øie | ||||
- | Koalizzjoni kurrenti | Ap, Sp[2] | ||||
Avvenimenti | ||||||
- | Unifikazzjoni | 872 | ||||
- | Kostituzzjoni | 17 ta' Mejju 1814 | ||||
- | Xoljiment tal- unjoni mal-Iżvezja |
7 ta' Ġunju 1905 | ||||
- | Restawr mill- okkupazzjoni Ġermaniża |
8 ta' Mejju 1945 | ||||
Erja | ||||||
- | Total | 385,207[1] km2 (671) 148,729 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | 5.72 | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | stima tal-2024 | 5 550 203[3] | ||||
- | ċensiment tal-2013 | 5,063,709[4] | ||||
- | Densità | 14.3/km2 (213) 37/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2017 | |||||
- | Total | $377.1 biljun[5] (46) | ||||
- | Per capita | $70,665[5] (4) | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $483.650 biljun[5] | ||||
- | Per capita | $97,254[5] | ||||
IŻU (2022) | 0.966[6] (għoli ħafna) (2el) | |||||
Valuta | krone Norveġiż (NOK ) |
|||||
Żona tal-ħin | CET (UTC+1) | |||||
Kodiċi telefoniku | +47 | |||||
TLD tal-internet | .no | |||||
1 | Inklużi Svalbard u Jan Mayen. (Mingħajr dawn iż-żewġ oqsma, l-erja tan-Norveġja hija 323,802 km2, li tiġi kklasifikata is-67 post fid-dinja.[7]) | |||||
2 | Dan il-perċentwal huwa għall-art ewlenija, Svalbard, u Jan Mayen. Dan il-persentaġġ jgħodd il-glaċieri bħala "art". Huwa kkalkulat bħala 19,940.14/(365,246.17+19,940.14). |
Għandha t-tieni l-inqas densità ta' popolazzjoni fl-Ewropa. Il-pajjiż għandu fruntiera fit-tul mal-Iżvezja (1,619 km, jew 1,006 mi) li hija l-itwal fruntiera mingħajr interruzzjoni fl-Ewropa u fiż-Żona Schengen. In-Norveġja hija mdawra wkoll mill-Finlandja u r-Russja fil-Grigal. Taqsam fruntieri marittimi mar-Russja matul il-Baħar Barents; Greenland, il-Gżejjer Faroe u l-Iżlanda matul il-Baħar Norveġiż; u l-Iżvezja, id-Danimarka u r-Renju Unit matul il-Baħar tat-Tramuntana. Il-belt kapitali u l-belt bl-ogħla popolazzjoni, kważi ta' miljun resident, hija Oslo.
Longyearbyen, li tinsab fl-arċipelagu ta' Svalbarg, hija l-belt b'aktar minn 1,000 abitant l-eqreb lejn il-pol tat-tramuntana peress li għandha 1,700 abitant u tinsab fit-78 parallel. Il-belt b'aktar minn 50,000 abitant l-eqreb lejn il-pol tat-tramuntana hija Tromso b'77,000 abitant u tinsab fid-69 parallel.
Total tal-fruntieri: 2,566 km, pajjiżi tal-fruntiera (3): Finlandja 709 km; Izvezja 1,666 km; Russja 191 km.