Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Jemen
lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Jemen / From Wikipedia, the free encyclopedia
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Jemen irratifika l-Konvenzjoni fis-7 ta' Ottubru 1980, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
Mill-2023, il-Jemen b'kollox għandu ħames Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, erba' siti kulturali u sit naturali. L-ewwel sit li tniżżel fl-1982 kien dak tal-Belt Antika Ffortifikata ta' Shibam, filwaqt li l-iżjed sit li tniżżel reċentement huwa l-Attrazzjonijiet Ewlenin tar-Renju Antik ta' Saba f'Marib fl-2023. L-Arċipelagu ta' Socotra tniżżel fl-2008 u huwa l-unika Sit ta' Wirt Dinji naturali tal-UNESCO fil-Jemen.