Lingwa tas-Sinjali
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-lingwa tas-sinjali hi lingwa li tikkomunika t-tifsir tagħha permezz ta' sistema kodifikata ta' sinjali bl-idejn, espressjonijiet tal-wiċċ u ċaqlieq tal-ġisem. Tintuża mill-komunità tas-senjanti li fiha nsibu l-maġġoranza tal-persuni torox. Hi mod ta' komunikazzjoni li fih aspetti verbali (is-sinjali) u aspetti mhux verbali (l-espressjonijiet ta' intonazzjoni pereżempju) bħal-lingwi mitkellma kollha.