Korfù
gżira Griega fil-Baħar Jonju / From Wikipedia, the free encyclopedia
Korfù (miktuba wkoll Korfu; magħrufa wkoll bħala Kerkira, /korˈʧira/; bil-Grieg: Κέρκυρα o Κόρκυρα, Kérkyra; bil-Latin: Corcyra; bl-Ingliż: Corfu) hija gżira Griega, fil-Baħar Jonju, quddiem ix-xtajta t'Epiru, fil-konfini ta' bejn il-Greċja u l-Albanija.[1][2] Hija maqtugħa mill-Greċja kontinentali permezz ta' fliegu li jvarja fil-wisa' minn 3 sa 25 kilometru u tinkludi l-gżejriet kollha fil-qrib sew tagħha. Il-gżira hija parti mill-unità reġjonali ta' Korfù, u hija amministrata minn tliet muniċipalitajiet mal-gżejjer ta' Othonoi, Ereikoussa, u Mathraki.[3] F'Korfù hemm ukoll l-Università tal-Jonju. Il-gżira għandha erja ta' 613.6 kilometru kwadru, jiġifieri kważi d-doppju tal-erja ta' Malta. Il-belt ewlenija għandha l-istess isem tal-gżira, jiġifieri Korfù u n-nies tal-post isejħulha Kerkira.
Korfù | |
---|---|
Greċja | |
Amministrazzjoni | |
Stat sovran | Greċja |
Administrative territorial entity | Decentralized Administration of Peloponnese, Western Greece and the Ionian Islands (en) |
Administrative region of Greece | Reġjun tal-Gżejjer tal-Jonju |
Prefecture of Greece | Prefettura ta' Korfù |
Ismijiet oriġinali | Κέρκυρα |
Kodiċi postali |
490 82, 490 83, 490 84, 491 00 |
Ġeografija | |
Koordinati | 39.6°N 19.87°E / 39.6; 19.87 |
Superfiċjenti | 626 kilometru kwadru |
Demografija | |
Popolazzjoni | 100,854 abitanti (2011) |
Informazzjoni oħra | |
Żona tal-Ħin | UTC+2u UTC+3 |
bliet ġemellati | Verona, Latakia (en) , La Baule-Escoublac (en) , Gold Coast (en) , Meissen (en) , Troisdorf (en) , Bariu Brindisi (en) |
kerkyra.gr |
Il-gżira għandha rabta sfiqa mal-istorja tal-Greċja mill-bidu tal-mitoloġija Griega, b'bosta battalji u konkwisti. Il-belt antika ta' Korkyra ħadet sehem fil-Battalja ta' Sibota li kienet katalista għall-Gwerra Peloponniża, u skont Thucydides, kienet l-ikbar battalja navali bejn il-bliet-stati Griegi sa dak iż-żmien. Thucydides jirrapporta wkoll li Korkyra kienet waħda minn tliet qawwiet kbar tal-Greċja tas-seklu 5 Q.K., flimkien ma' Ateni u Korinzju.[4] Il-fdalijiet ta' tempji Griegi antiki u siti arkeoloġiċi oħra tal-belt antika ta' Korkyra nstabu f'Palaiopolis. Il-kastelli Medjevali fil-pożizzjonijiet strateġiċi madwar il-gżira huma legat tat-taqbid fil-Medju Evu minħabba l-invażjonijiet tal-pirati u tal-Ottomani. Tnejn minn dawn il-kastelli jiddefendu l-belt kapitali tal-gżira, li hija l-unika belt fil-Greċja b'difiża bħal dik. B'hekk, il-belt kapitali ta' Korfù ġiet uffiċjalment iddikjarata bħala Kastropolis ("belt tal-kastelli") mill-gvern Grieg.[5] Minn żmien il-Medju Evu u sas-seklu 17, il-gżira rnexxielha terreżisti lill-Ottomani matul diversi assedji, ġiet rikonoxxuta bħala post strateġiku tal-Istati Ewropej kontra l-Imperu Ottoman u saret wieħed mill-iżjed postijiet iffortifikati fl-Ewropa.[6] Il-fortifikazzjonijiet tal-gżira ntużaw mill-Venezjani bħala difiża kontra l-wasla tal-Ottomani fil-Baħar Adrijatiku. Eventwalment Korfu spiċċat taħt idejn il-Brittaniċi wara l-Gwerer Napoljoniċi, u mbagħad ġiet ċeduta lill-Greċja mill-gvern Brittaniku flimkien mal-kumplament tal-gżejjer tal-Istati Uniti tal-Gżejjer tal-Jonju. L-unifikazzjoni mal-Greċja moderna ntemmet fl-1864 taħt it-Trattat ta' Londra. F'Korfu oriġinat l-Akkademja tal-Jonju, l-ewwel università tal-istat tal-Greċja moderna, u ġie stabbilit in-Nobile Teatro di San Giacomo di Corfù, l-ewwel teatru Grieg u teatru tal-opri tal-Greċja moderna. L-ewwel gvernatur tal-Greċja indipendenti wara r-rivoluzzjoni tal-1821, il-fundatur tal-istat tal-Greċja moderna, u diplomatiku Ewropew ewlieni Ioannis Kapodistrias twieled f'Korfu.
Fl-2007, iċ-ċentru storiku tal-belt ta' Korfù tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, fuq rakkomandazzjoni tal-ICOMOS.[7][8][9] Is-samit tal-1994 tal-Unjoni Ewropea sar f'Korfu.[10] Il-gżira hija destinazzjoni turistika popolari.[11][12]