Kasbah tal-Alġier
ċittadella u kwartier urban fl-Alġier, l-Alġerija / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Kasbah tal-Alġier (bl-Għarbi: قصبة, qaṣba, li tfisser ċittadella) hija ċ-ċittadella tal-Alġier, il-belt kapitali tal-Alġerija u l-kwartier tradizzjonali ta' madwarha. Fl-1992 is-sit tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, peress li "Hemm il-fdalijiet taċ-ċittadella, moskej antiki u palazzi bl-istil Ottoman, kif ukoll il-fdalijiet ta' struttura urbana tradizzjonali assoċjata ma' sens qawwi ta' komunità".[1]