Jum il-Ġifa
drawwa annwali fl-1 ta’ April fejn isiru ċajtiet prattiċi u ċajt sensazzjonali fejn jingħataw aħbarijiet li mhux vera jkunu seħħew / From Wikipedia, the free encyclopedia
Jum il-Ġifa (bl-Ingliż: April Fools' Day jew April Fool's Day) huwa drawwa annwali fl-1 ta’ April fejn isiru ċajtiet prattiċi u ċajtiet sensazzjonali fejn jingħataw aħbarijiet li mhux vera jkunu seħħew. Iċ-ċajtiera spiss jiżvelaw iċ-ċajtiet tagħhom lill-“vittma/i” tagħhom billi jgħajtu “Ġifa!” jew “Ġwejjef!” (bl-Ingliż: “April Fool!” jew “April Fools!”). Il-mezzi tax-xandir tal-massa jaf ikunu involuti f’dawn iċ-ċajtiet, ġeneralment fil-bullettini tal-aħbarijiet, li jiġu żvelati li kienu ċajtiet l-għada. Jum il-Ġifa mhuwiex btala pubblika fl-ebda pajjiż fid-dinja għajr fil-belt ta’ Odessa, l-Ukrajna, fejn l-1 ta’ April huwa btala uffiċjali tal-belt.[1] Id-drawwa li jiġi ddedikat jum sħiħ biex wieħed jagħmel ċajtiet innokwi lil għajru kienet drawwa pjuttost komuni fid-dinja storikament.[2]