Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa
Sit ta' Wirt Dinji transnazzjonali tal-UNESCO / From Wikipedia, the free encyclopedia
L-Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa huma Sit ta' Wirt Dinji transnazzjonali tal-UNESCO magħmul minn ġabra ta' 11-il raħal kbir bi spa (jiġifieri ċentru termali) f'seba' pajjiżi Ewropej.[1] Dawn ġew żviluppati madwar fawwara tal-ilma naturali.[2] Mill-bidu tas-seklu 18 sas-snin 30 tas-seklu 20, il-Punent tal-Ewropa esperjenza żieda fil-kultura tal-ispas, u din wasslet għall-kostruzzjoni ta' ċentri termali elaborati. Dawn spiss kienu jinkludu ġonna, casinos, teatri u vilel madwar il-fawwara u ċ-ċentri termali.[1][3]