Il-Merkant ta’ Venezja
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Merkant ta' Venezja (bl-Ingliż: The Merchant of Venice) hija traġikummiedja miktuba minn William Shakespeare, maħsuba li nkitbet bejn l-1596 u l-1598. Għalkemm fl-Ewwel Folju hija klassifikata bħala kummiedja, id-dramm hu magħruf l-iktar għax-xeni drammatiċi tiegħu, u għal Shylock u għad-diskors famuż 'Mela Lhudi m'għandux għajnejn'. Famuż ukoll id-diskors ta' Portia fuq il-'kwalità tal-ħniena'. Minkejja li d-dramm mhuwiex imsemmi għalih, Shylock, huwa l-iktar karattru magħruf tad-dramm.