Iżlanda
stat sovran fit-Tramuntana tal-Ewropa / From Wikipedia, the free encyclopedia
L-Iżlanda, uffiċjalment magħrufa bħala r-Repubblika tal-Iżlanda, hija pajjiż Nordiku iżolat għalkollox minn mal-kumplament tal-Unjoni Ewropea. Din il-gżira mbiegħda tinsab fil-konfluwenza tat-Tramuntana tal-Oċean Atlantiku u l-Oċeani Artiċi fuq in-naħa Atlantika nofsanija.[3] Il-popolazzjoni ta' dan il-pajjiż hija ta' madwar 320,000 ruħ u l-erja totali tal-art hija ta' 103,000 kilometru kwadru; b'hekk hija l-inqas art ippopolata fl-Ewropa.[4] Rejkjavik hija l-belt kapitali u l-ikbar belt tal-pajjiż.[5] Fil-postijiet tal-madwar fir-reġjun tal-Lbiċ tal-pajjiż joqogħdu żewġ terzi tal-popolazzjoni. Il-belt kapitali ta' dan in-nazzjon hija l-iktar belt li tinsab mibnija f'altitudni għolja fid-dinja. L-Iżlanda hija magħrufa wkoll għall-attività vulkanika u ġeoloġika tagħha. L-art fuq ġewwa tikkonsisti minn wita kkaretterizzat mir-ramel u mill-għelieqi tal-lava, muntanji u glaċieri, waqt li bosta xmajjar glaċjali jogħlew sal-baħar mill-artijiet il-baxxi. L-Iżlanda jirnexxilha żżomm it-temperatura tagħha sħuna permezz tal-Golf Influss u jingħad li l-Iżlanda għandha klima moderata minkejja l-altitudni għolja 'l barra miċ-Ċirku Artiku.
Repubblika tal-Iżlanda Lýðveldið Ísland |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Innu nazzjonali: Lofsöngur Innu |
||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Rejkjavik 64°08′N 21°56′W | |||||
Lingwi uffiċjali | Iżlandiż | |||||
Gvern | Repubblika kostituzzjonali parlamentari unitarja | |||||
- | President | Guðni Th. Jóhannesson | ||||
- | Prim Ministru | Katrín Jakobsdóttir | ||||
- | Kelliem tal-Althing | Steingrímur J. Sigfússon | ||||
Stabbiliment | ||||||
- | Soluzzjoni | Seklu 9 | ||||
- | Commonwealth | 930–1262 | ||||
- | Unjoni man-Norveġja | 1262–1814 | ||||
- | Monarkija Daniża | 1380–1944 | ||||
- | Kostituzzjoni | 5 ta' Jannar 1874 | ||||
- | Renju tal-Iżlanda | 1 ta' Diċembru 1918 | ||||
- | Repubblika | 17 ta' Ġunju 1944 | ||||
Erja | ||||||
- | Total | 103,001 km2 (108) 39,770 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | 2.7 | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | ċensiment tal-2013 | 321,857[1] | ||||
- | Densità | 3.1/km2 (232) 7.5/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $12.831 biljun[2] | ||||
- | Per capita | $39,223[2] | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $13.654 biljun[2] | ||||
- | Per capita | $41,739[2] | ||||
IŻU (2013) | 0.906 (għoli ħafna) (13) | |||||
Valuta | Korona Iżlandiża (ISK ) |
|||||
Żona tal-ħin | GMT (UTC+0) | |||||
Kodiċi telefoniku | +354 | |||||
TLD tal-internet | .is |
Skont Landnámabók, in-nies bdew jgħixu fuq dan il-pajjiż Nordiku mis-sena 847 W.K. meta l-kmandant Ingólfr Arnarson sar l-ewwel abitant permanenti ta' entiċità Norveġiża.[6] Oħrajn kienu żaru l-gżira qabel u qagħdu hemmhekk sakemm tgħaddi x-xitwa kiefra. Matul is-sekli li ġejjin, in-Norveġiżi insedjaw l-Iżlanda u ġabu magħhom xi oġġetti ta' oriġini Gaeliku. Mill-1262 sal-1918, l-Iżlanda kienet tifforma parti integrali min-Norveġja, u iktar tard parti mill-monarkiji Daniżi. Il-pajjiż attribwixxa l-indipendenza tiegħu fl-1918 u beda jissejjaħ Repubblika sa mill-1944. Sas-seklu għoxrin, il-popolazzjoni Iżlandiża kienet tiddependi ħafna fuq is-sajd u l-agrikoltura (jiġifieri l-produzzjoni tal-ħxejjex u l-frott) u l-pajjiż kien meqjus bħala wieħed mill-iktar nazzjonijiet foqra u l-inqas avvanzati fid-dinja. L-industrijalizzazzjoni tal-pixkeriji u l-għajnuna mogħtija mingħand il-Pjan Marshall ġabet il-prosperità fis-snin ta' wara t-Tieni Gwerra Dinjija, u sal-1990, l-Iżlanda rnexxielha ssir waħda mill-iktar pajjiżi sinjuri u żviluppati fid-dinja. Fl-1994, l-Iżlanda ssieħbet maż-Żona Ekonomika Ewropea, li wasslet biex l-ekonomija tiddiversifika fis-servizzi ekonomiċi u finanzjarji.
L-ekonomija tas-suq tal-Iżlanda hija waħda ħielsa, b'taxxi korporattivi li huma relattivament baxxi meta mqabbla ma' nazzjonijiet oħra tal-OECD[7], filwaqt li tinżamm sistema tal-benesseri Nordika li tipprovdi l-kura tas-saħħa b'mod universali flimkien mal-edukazzjoni terzjarja għaċ-ċittadini tagħha.[8] Fl-2013, l-indiċi tan-Nazzjonijiet Uniti rigward l-iżvilupp tal-bniedem qiegħed lill-Iżlanda fit-tlettax-il post fejn ingħatat il-mertu preġjat tal-iktar nazzjon żviluppat fid-dinja.[9] Però biex il-pajjiż wasal fejn qiegħed illum kellu jgħaddi mill-falliment bankarju tal-2008, li kkawża ħafna nkwiet politiku. Fid-dawl tal-kriżi, l-Iżlandiżi ħasbu biex jikkontrollaw il-kapital tagħhom, żball ieħor li pprojbixxa lill-poplu milli jiġbed flusu minn diversi fergħat tal-bank.[10] Għalkemm huma temporanji, il-kontrolli jibqgħu u huma fost l-ikbar ostakli għall-ksib tal-interessi nazzjonali fl-ekonomija Iżlandiża. Ir-rankatura tal-Iżlanda hija waħda għolja fl-istabilità ekonomika u politika, minkejja l-fatt li dawn l-oqsma għadhom għaddejjin minn proċess ta' rkupru mill-kriżi finanzjarja tal-2008. L-ugwaljanza bejn is-sessi hija apprezzatta ħafna fl-Iżlanda, infatti fir-rapport globali tal-2012, li jitkellem rigward l-ugwaljanza, l-Iżlanda tokkupa l-ewwel post, segwita mill-Finlandja, mill-Iżvezja u min-Norveġja.[11]
Il-kultura Iżlandiża hija bbażata fuq il-wirt Nordiku li jipposjedi dan il-pajjiż. Bosta Iżlandiżi huma d-dixxendenti ta' abitanti Norveġiżi u Gaeliċi. L-ilsien Iżlandiż huwa lsien Nord-Ġermaniku u huwa d-dixxendent dirett tal-ilsien qadim li kienu jitħaddtu bih in-Norveġiżi. L-Iżlandiż jixbah ħafna lill-Faroiż li huwa mitkellem fuq il-Gżejjer Foroe, u jixxiebah mad-djaletti Norveġiż tal-Punent. Il-wirt kulturali tal-pajjiż jinkludi l-kċina tradizzjonali Iżlandiża, il-poeżiji u s-sagi Iżlandiżi li ġejjin miż-żminijiet Medjevali. Fost il-membri tan-NATO, l-Iżlanda għandha l-iċken popolazzjoni u hija l-uniku nazzjon li m'għandux armata permanenti però wieħed jista' jsib armata tal-għassa u tad-difiża mal-kosti Iżlandiżi.