Gżejjer Aran
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Gżejjer Aran (bl-Irlandiż: Oileáin Árann) huma grupp ta' tliet gżejjer żgħar, tmintax-il kilometru 'l bogħod mill-belt ta' Galway fir-Repubblika tal-Irlanda. Dawn huma Inis Mór, li hija l-akbar waħda, Inis Meáin u Inis Oirr. Inis Mór tfisser il-gżira l-kbira, u Inis Oirr hija l-gżira tal-Lvant. Fiċ-ċensiment tal-2002 ħareġ li Inis Mór tgħodd 831 ruħ, li minnhom 270 jgħixu fl-irħula ta' Kilronan (Cill Rónáin). Fuq Inis Meáin u Inis Oirr hemm 187 u 262 ruħ.
Imdawra bl-Oċean Atlantiku, huma għerja ħafna u huma maħkuma mill-irjieħ.