Għalliem
persuna li tgħin lill-oħrajn jiksbu l-għarfien, il-kompetenzi jew il-valuri / From Wikipedia, the free encyclopedia
Għalliem (ġieli magħruf ukoll formalment bħala edukatur) huwa persuna li tgħin lill-istudenti jiksbu l-għarfien u l-kompetenzi.
Informalment, ir-rwol tal-għalliem jista' jwettqu kulħadd (eż. meta wieħed juri lil xi kollega kif iwettaq kompitu speċifiku). F'xi pajjiżi, it-tagħlim tat-tfal u tal-adolexxenti li jmorru l-iskola jista' jsir f'ambjent informali, bħal fi ħdan il-familja (tagħlim mid-dar), minflok f'ambjent formali bħal fi skola jew f'kulleġġ. Xi professjonijiet oħra jistgħu jinvolvu ammont sinifikanti ta' tagħlim (eż. ħaddiem maż-żgħażagħ).
Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi, it-tagħlim formali tal-istudenti s-soltu jitwettaq minn għalliema professjonali mħallsa. Dan l-artiklu jiffoka fuq l-għalliema li jkunu impjegati, bħala r-rwol prinċipali tagħhom, biex jgħallmu lill-oħrajn f'kuntest edukattiv formali, bħal pereżempju fi skola jew f'post ieħor ta' edukazzjoni jew taħriġ formali inizjali.