Folklor
From Wikipedia, the free encyclopedia
L-istudju tal-folklor jiġbor fih l-istħarriġ tad-drawwiet ta' popli jew komunitajiet li għexu flimkien u ħaddnu l-istess użanzi għal bosta ġenerazzjonijiet, fi żmien qabel ma' dik l-istess s-soċjetà industrijalizzat ruħha. Biex wieħed jagħti eżempju sempliċi, fl-istudju tal-folklor wieħed jiktellem dwar produzzjoni ta' oġġetti magħmula bl-idejn u mhux bil-magni almenu mhux makkinarju modern. L-istess jekk wieħed jistudja is-sajd, wieħed jitkellem fuq is-sajd artiġjanali u mhux is-sajd bit-trawlers.Il-folklor hu l-istudju etnografiku ta' poplu jew komunità u mhux ta' individwi. Il-folklor jirrigwarda dak il-livell tal-istorja li titbiddel bil-mod, ħafna aktar mill-istorja politika li tista' tinbidel b'daqqa ta' pinna jew b'mod vjolenti.
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Żviluppi li saru dan l-aħħar fl-analażi ta’ miti u aspetti ta’ lingwistika u antropoloġija taw sehem importanti fl-istudju tal-folklor bħala eżaminazzjoni ta’ ħolqien ta’ sistemi folk ta’ interpretazzjoni u espressjoni tar-realtà. Il-folklor huwa meqjus bħala l-fdalijiet magħrufa minna ta’ drawwiet qodma li baqgħu jgħixu barra minn żmienhom. Ħafna drabi dawn id-drawwiet huma marbutin ma’ klassi soċjali speċifika u etnika. Ħafna jassoċjaw element romantiku ma’ din il-kelma minħabba li min-natura tagħha ġġib sens ta’ nostalġija għall-imgħoddi. F’pajjiż żgħir bħal Malta, il-folklor jitqies bħala aspett importanti ħafna fit-tiswir ta’ l-identità Maltija. B’xi mod nistgħu ngħidu li l-folklor jiġbor fih modi ta’ għajxien imxierka li fihom jieħdu sehem ġemgħat speċifiċi ta’ individwi u b’hekk jikkonsolidaw il-kultura tagħhom. B’kultura hawnhekk nifhmu modi ta’ għajxien imxierek.
Il-folklor huwa dak l-arkivju li mhux dejjem ssibu miktub. Kultant din l-informazzjoni dwar il-folklor tintiret minn ġenerazzjoni għall-oħra b'mod orali. L-antik jibqa' b'hekk, fil-memorja kollettiva tal-poplu.