Flora ta' Malta
From Wikipedia, the free encyclopedia
Id-distribuzzjoni tal-flora tal-gżejjer Maltin f' habitats differenti tista’, bejn wieħed u ieħor, tiġi klassifikata hekk - 40% tal-flora kollha tikber fuq art imqallba jew raba', 40% tikber fuq artijiet bil-blat (fosthom widien, truf tal-iskarpi, xagħri tal-korallina) u l-20% li jifdal tinsab f' habitats partikolari bħal xtajtiet ramlija, rdumijiet tal-korallina, bwar salmastri, eċċ
Il-ġabriet tal-flora ġeneralment jistgħu jiġu kategorizzati f'waħda minn tliet tipi, li ta' spiss jidħlu fuq xulxin:
- 1. Il-veġetazzjoni li tifforma parti minn komunità fis-sensiela naturali, jiġifieri msaġar, makkji, garigi u steppi
- 2. Komunitajiet ta' veġetazzjoni ta' habitats speċjalizzati:
- żoni rupestri
- komunitajiet kostali, pereżempju duni tar-ramel, xtut bil-blat, artijiet mistagħdra mielħa u bassasa kostali tranżitorji
- widien
- 3.kommuntajiet ta' flora f'art imqallba.