Baħar Liguri
biċċa mill-baħar nofsani bejn ix-xatt tal-Ligurja u l-gżira ta' Korsika / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Baħar Liguri (Taljan:Mar Ligure; Franċiż:Mer Ligurienne) jista' jitqies bħala fergħa żgħira li hija parti mill-Baħar Mediterran, bejn ir-Rivjera Taljana (Ligurja u Toskana) u l-gżira ta' Korsika. Wisq probabbli, dan il-baħar huwa msemmi għall-poplu Liguri tal-imgħoddi, li kien jabita f'dawn l-inħawi.